Jason Azzopardi, PN
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-gvern qed jaħtaf l-istutzzjonijiet u qed ixekkel kultura ta’ impunità. Hu rifera għall-qtil ta’ Daphne Caruana Gaiai qal li din il-ġurnalista kienet qed tiġbor l-informazzjoni li suppost ġabruha l-pulizija iżda l-pulizija ma kienu qed jagħmliu xejn fl-ivestigazzjonijiet.
Anzi xahar wara l-qtil, l-Avukat Ġenerali qal lill-pulizija biex ma jelevawx is-servers tal-emails fl-investigazzjonijiet dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Hu krkitika wkoll il-fatt li baqgħu ma ttieħdux passi kontra John Dalli dwar tixħim ta’ €60-il miljun meta f’Diċembru 21012 il-Pulizjija kienet lestiet il-proċess biex jitressaq il-qorti.
Jason Azzopardi qal li fl-2015 il-PN kien ippubblika 109 proposta dwar governanza tajba iżda l-gvern m’għamel xejn dwarhom. Fost dawn il-proposti kien hemm dik li l-ministri ma jistgħux jimpjegax in-nisa tagħhom magħhom. Fil-fatt il-gvern kien impjega lill-ex ministru Laburista Konrad Mizzi b’saħrju ta’ €13,000 fix-xahar għalxejn.
Proposta oħra tal-PN kienet li d-deputati tal-gvern ma jkunux appuntata f’kummssjonijiet u awtoritajiet biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu skrutinju. Il-PN kien ippropona wkoll li jkun reat kriminali jekk ministru juża l-emails personali fix-xogħol tal-gvern bħalma kien hemm fid-diskussjonijet dwar il-Kafè Premier. Il-PN hu kontrali x deputat juża l-krozza tiegħu għal xogħol tal-Gvern.
F’dak id-dokument l-PN kien ippropona wkoll li jinaħatar Maġistrat Inkwerenti li jkun jinvestiga biss il-korruzzjoni u li l-Pesident, il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Brigadier tal-Fozi Armati Maltin, iċ-chairman tal-NSO u l-PSC jinħartu kollha biż-żewġ terzi.
//= $special ?>