Edwin Vassallo, PM
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern obbligat li jerġa’ jtejjeb ir-reputazzjoni ta’ Malta billi jtejjeb l-iskema taċ-ċittadinanza u jagħmilha waħda trasparenti u koretta mingħajr korruzzjoni.
Edwin Vassallo qal l l-gvern qed iressaq liġijet mhux għax veru jemmen fihom iżda minħabba l-pressjonijiet Ewropej. Il-gvern qed jagħmel biss bidliet kosmetiċi biex ibiddel ir-reputazzjoni tal-pajjiż u qed iressaq bidliet mgħaġġla propju minħabba li hekk ġie mġiegħel.
Edwin Vassallo kompla li l-kriżi politika li ħoloq il-gvern bl-inċertezza inħolqot mill-PL u kompla li l-inċerezza politika nħoloq irrispettivament mill-COVID-19. Waħda mill-ewwel ideat hekk kif tela’ l-gvern Laburista mill-ewwel kienet l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti.
Meta kienet għada kemm daħlet fl-UE, l-amministrazzjoni Nazzjonalista ħalliet €1 biljun. Dan għen għall-investiment barrani. Il-bejgħ tal-passaporti wkoll għin lill-ekonomija iżda kissret ir-reputazzjoni tal-pajjiż fosthom bl-eżami tal-Moneval. Malta qed tattira lejn il-pajjiż investituri li jiġu Malta biex jaħkmu għaliex il-gvern ibbaża mudell ekonomika biss fuq l-konsum.
Hu fakkar kif il-PL kien ibeżża’ lin-nies li se jiġu l-barranin f’Malta iżda ħoloq ekonomija ibbażata fuq il-popolazzjoni. Din l-iskema tal-IPP hi aprti min-network tal-politika tal-gvern li jġib il-barranin sinjuri li jridu jaħslu flushom.
Din l-iskema għenet lil nies tal-Mafja internazzjonali biex jistabilxxi lilom innfushom f’Malta. In-nuqqasijiet fil-goveranza jeffettwaw l-investiment, sostna Edwin Vassallo.
//= $special ?>