Sport Sport Ieħor

Il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Russu jakkuża lill-aġenzija ta’kontra d-doping bi rregolaritajiet finanzjarji

(Ritratt: EPA)

Il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Russu qed jakkuża lill-aġenzija ta’ kontra d-doping tal-pajjiż b’irregolaritajiet finanzjarji, b’Yuri Ganus il-Kap tal-Aġenzija jiċħad dawn l-allegazzjonijiet. Stanislav Pozdnyakov, il-Kap tal-Kumitat Olimpiku Russu qal li rapport finanzjarju tar-RUSADA tal-2018 u l-2019, wera’ numru ta’ irregolaritajiet.

Dawn l-allegazzjonijiet ikomplu ma’ numru ta’ allegazzjonijiet li saru matul il-ġimgħa li għaddiet fuq il-midja soċjali fil-konfront ta’ Ganus. B’reazzjoni għall-allegazzjoni ta’ llum, Ganus qal li l-attakki ikomplu fil-konfront tiegħu. Fl-2015, ir-RUSADA kienet ġiet sospiża mill-WADA wara li nstabet evidenza qawwija dwar rapporti ta’ doping fil-konfront ta’ atleti Russi.