Karl Goduer, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella fil-parlament biex il-kunsilli lokali jittieħdu iktar bis-serjtà biex ikunu iktar effetti quddiem l-ilmenti tan-nies.
Fl-Aġġornament Karl Gouder qal l-kunsilli lokali għamlu ġid kbir fis-soċjetà u llum ħadd ma jimmaġina soċjetà mingħajrhom. Għalhekk il-kunsilli għandhom bżonn l-appoġġ tal-gvern u jeħtieġ ikunu mgħejjuna biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom kif inhu mistenni mingħandhom mingħand in-nies. Jeħtieġ modi differenti kif ikunu finanzjati l-kunsilli lokali Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar id-diffikultajiet li jsibu diversi residenti fi proġetti tat-toroq u qal li l-kunsilli lokali għandhom ikunu informati bil-proġett li jkunu se jsiru.
Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm il-konsultazzjoni meħtieġa. Problema oħra hi li l-kunsilliera m’għandhomx is-saħħa li jinfurzaw ir-regoli kien żball li l-awtorità titpoġġa f’entità waħda. Jeħtieġ li l-Lesa tikkonsulta sew mal-kunsilli lokali, sostna Karl Gouder.
//= $special ?>