Lokali Parlament

Il-PN dejjem kien pożittiv dwar il-ħatriet tal-Presidenti tar-Repubblika

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said sostna fil-parlament li kif għamel fil-passat il-PN jivvota favur il-ħatriet ta’ President ta’ Malta għaliex jemmen fil-prinċipju li dan għandu jkollu l-approvazzjoni tal-parlament biex jibgħat messaġġ pożittiv.

Chris Said sellem lill-Presiden George Vella u qal li dwar l-emendi kostituzzjonali saru kemm fid-diskussjonijiet formali kif ukoll informali. Hu rringrazzja ill-President Vella għad-disponbbiltà li wera fiċ-ċirkostanzi kostituzzjonali ta’ bħalissa biex jasal għad-deċiżjoni li jrid jieħu.

Id-deputat nazzjonalista qal li l-PN dejjem wera disponibbiltà li jsib ftehim dwar il-Presidnet ta’ malat tant li ivvota favur in-nonimi tal-Presidenti Marie Louise Coleiro preca u George Vella.

Dan minbarra li meta kien fil-gvern, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħatar ukoll lil George Abela bħala President ta’ Malta; politiku li kien ġej mill-kamp Laburista. Kontrarjament għal dan, il-PL ħa atteġġjament differenti tant li mhux biss kien jivvota kontra l-persuni nominati milll-PN għal President iżda kien għamel anki bojkott lill-President ta’ Malta Ċensu Tabone. Tant kien fl-iżball il-PL li aktar tard kien ippropona lil-istess Ċensu Tabone jkun nominat għal term ieħor bħala President.

Id-deputat nazzjonalista qal li jrid ikun assigurat li fil-pajjiż ma sjeħħx dak li seħħ fl-aħħar seba’ snin meta l-istituzzjonijiet tkissru. Hu rrifera għar-rapport tal-Kummissjoni Venezja u sostna li l-gvern Laburista anqas li jattwa d-diversi proposti.

Il-proposta li l-President ta’ Malta jkun maħtur bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi tad-deputai saret mill-PN u fil-bidu l-gvern kien jonnonieha.

Chris Said qal li l-PN għandu diffikultà dar xjiġi jekk ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ terzi tad-deputati għall-ħatra ta’ President. Il-proposta tal-gvern li wara żewġ voti jkun il-gvern li jiddeċiedi mhix l-aħjar soluzzjoni għaliex il-pajjiż irid distribuzzjoni iktar wiesgħa tal-poter. Minkejja li l-poteri tal-President huma limitati f’ċertu okkażjonijiet ċerimonjali, fir-realtà ir-rwol tiegħu jieħu importanza kbira quddiem diversi sitwazzjonijiet.

Il-PN qed jipproponi li l-President ikollu l-poter li jibgħat lura abbozz li jkun approvat mill-parlament iżda hu ma jkunx jaqbel miegħu. Jekk dan isir allura imbagħad ikun il-gvern li jiddeċiedi. Il-PN qed jipproponi wkoll li jinħatar Kunsill tal-Istat u li l-President ta’ Malta jkun iċ-chairman tal-kummissjonijiet kostituzzjonali fosthom il-Kummissjoni Elettorali, il-Kummissjoni tal-Impjiegi u l-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliku.

Chris Said ikkritika l-fatt li l-gvern ippubblika l-proposti li bagħat lill-Kummissjoni Venezja bla ma nforma lill-Oppożizzjoni. Hu kkritika wkoll lill-gvern li minn 10 liġijiet s’issa ippubblika erba’ u dan sar biss ftit minuti qabel.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said sostna li l-PN lest għal iktar diskussjonijiet dwar il-proposta ta’ x’jiġri jekk ma jkunx hemm qbil dwar il-President ta’ Malta. Il-proposta tal-PN hi li ank l-Aġent President ta’ Malta jkun maħur biż-żewġ terzi u li jekk ma jkunx hemm qbil allura jkun l-Aġent President li jservi fil-kariga sakemm tinstab souzzjoni. Irid ikun ikkunsidrat li din iċ-ċirkostanza tista’ tintuża biss f’każi eċċezzjonali għaliex fir-realtà dejjem instab qbil; kif istab dwar l-Ombudsman, il-Prim Imħallef u l-Awditur Ġenerali.

Chris Said sostna li għandu jkun assigurat li ma tkomplix titkisser ir-reputazzjoni tal-pajjiż kif seħħ fl-aħħar seba’ snin.