Futbol Sport

Il-proġett ‘Play Football Live Football’ jippromovi l-inklużjoni tar-refuġjati

L-MFA nediet it-tielet proġett tagħha bl-isem ‘Play Football Live Football’ bl-għan li tiffaċilita’ l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-refuġjati kif ukoll ta’ Maltin li jsibu diffikultà biex jintegraw fil-komunità. Dan il-proġett se jkun parti ffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja fejn se jiġu allokati €250,000. Dan il-proġett kien imħabbar waqt konferenza stampa li saret fit-Trophies Lounge fil-Millenium Stand.

Peter Busuttil li huwa l-ko-ordinatur ta’ dan il-proġett qal li l-MFA għal darb’oħra se tkun qed taħdem ma’ aġenziji u NGOs biex il-futbol u l-komunità jingħaqdu biex tinkoraġixxi l-inklużjoni soċjali. Dan il-proġett se jkun qiegħed jibni fuq l-ewwel żewġ proġetti li saru qabel dak ‘Include Me & I Will Understand’ u ‘All In All For Football’ li raw parteċipazzjoni ta’ aktar minn 1,500 persuna.