Tħabbret il-mewt ta’ Wim Suurbier fl-eta’ ta’ 75 sena. Meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta’ kull żmien fis-snin 70 kien wieħed mill-plejers ewlenin ma’ Ajax Amsterdam u t-tim Nazzjonali Olandiż. Bejn l-1964 u l-1977 ma’ Ajax rebaħ 7 darbiet il-Kampjonat u 4 darbiet it-Tazza Olandiza.
L-unuri ewlenin matul it-392 partita li lagħab għal Ajax kienu tlett darbiet it-Tazza tac-Champions fl-1971 ; 1972 u 1973. Is-Super Cup tal-UEFA fl-1972 u 1973 kif wkoll it-Tazza Interkontinentali fl-1972. Mat-tim Nazzjonali Olandiz laghab 60 partita bil-qofol ikunu darbtejn finalist fit-Tazza tad-Dinja fl-1974 kontra l-Germanja u fl-1978 kontra l-Argentina, flimkien mat-tielet post fil-Kampjonat tal-Ewropa fl-1973.
Meta temm il-karriera ma’ Ajax fl-1977, ingħaqad ma’ Shalke 04 u Metz sa kemm mar l-Istati Uniti fejn laghab fil-Kampjonat Professjonali Amerikan ma’ Los Angeles Aztecs u San Jose Earthquakes . Waqaf jilgħab fl-1987 wara ħames snin ta’ football indoor.
//= $special ?>