Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista qal fl-Aġġorament tal-parlament li teżisti inċertezza fost is-sidien tal-ħwienet żgħar u medju.
Edwin Vassallo qal li stħarriġ tal-GRTU juru li l-appoġġ tal-banek lis-settur tal-ħwienet u kemm dan is-settur l-akbar appoġġ kien 7% biss li qal li kienu rċevew appoġġ mingħand il-banek.
Hemm ukoll ilmenti dwar l-ispejjeż tal-banek li qed jgħolew minħabba l-ispiża tal-banek biex jipprovaw ikunu konformi mar-regoli imposti fuqhom minħabba l-ħasil tal-flus.
Illum il-banek m’għadhomx dak li l-anzjani kienu mdorrijin bihom tant li l-anzjani qed jiddejqu li jsirulhom ħafna mistoqsijiet fuq il-kontijiet tagħhom. In-nies qed tiddejjaq għax qed jitqiesu kważi ħallelin.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex in-nies li jkunu qed jistennew għall-banek ikunu trattati sew mhux jitħallew jistennew għal ħinijiet twal fuq barra.
Il-customer care sejjer dejjem lura fil-pajjiż, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-banek ma jridux kjuwiet u jridu biss authomation iżda mhux qed jinqeda. Dan filwaqt li hemm numru ta’ fergħat ta’ banek li għalqu.
Waħda mill-ikbar tan-negozji hi l-inċertezza fejn mill-istħarriġ tal-GRU irriżulta li 70% isemmu n-nuqqas ta’ bejgħ. In-negozji qed jaraw liż-żewġ naħat tal-Kamra bi problema u qed jappellaw biex jinstabu s-soluzzjonijiet.
Il-problemi tal-gvern huma ferm ikbar; huma dawn l-aktar li qed joħolqu problemi ta’ inċertezza. L-aħħar Black Friday kienet waħda mill-agħar li kellna, għaliex is-settur kien diġà qed iħoss dawn id-diffikultajiet.
Mistoqsija dwar kemm se jwassal in-negozju quddiem din is-sitwazzjoni, 15% qalu li jaħsbu li jibqgħu għaddejjin sena, 30% iktar minn sena, 22% għal tliet xhux u 33% sa sitt xhur. 50% qal li se jibqgħu għaddejjin kif inhuma fil-kmtest tal-impjegati waqt li 14% qalu li jistgħu jkeċċu l-impjegati.
//= $special ?>