MILAN – Inter rritornaw għar-rebħ kontra Torino meta f’darhom rebħu 3-1. Minkejja li fl-ewwel kwarta kien hemm azzjonijiet fuq kull naħa, kienu Torino li fetħu l-iskor wara 17 –il munta meta minn corner ta’ Simone Verdi, Handanovic ħareġ ħażin u naqas milli jżomm il-ballun bil-captain ANDREA BELOTTI jkun l-ewwel li jirreaġixxi u jitfa’ lil Torino fil-vantaġġ.
Iner dawru r-riżultat fit-tieni taqsima meta l-ewwel kien ASHLEY YOUNG li ġab d-draw fl-49 minuta. DIEGO GODIN żewġ minuti wara b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil Sirigu biex għamilhom 2-1. Fil-61 kien LAUTARO MARTINEZ li ra x-xutt tiegħu devjat għal wara l-gowlkiper ta’ Torino.