Fi stqarrija maħruġa illejla, d-deputat Therese Comodini Cachia qalet “nibqa’ determinata li nservi lil pajjiżi u lill-Partit Nazzjonalista speċjalment fid-dawl tal-għaqda li rnexxieli nġib matul dawn l-aħħar jiem fost il-Membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u fid-dawl tat-tama li tajna lin-nies bil-pass kuraġġjuż li ħadna lkoll flimkien.”
Fl-istqarrija, id-deputati qalu li din hi t-tieni darba f’ġimgħa fejn ġie kkonfermat li Adrian Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-Membri tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Aktar minn hekk, tgħid l-istqarrija, ġie stabbilit għat-tieni darba li l-maġġoranza assoluta tal-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista jridu lil Therese Comodini Cachia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.
Dawn id-deputati qalu l-President naqas milli jagħmel dak li titlob il-Kostituzzjoni.
L-istqarrija ma kienet iffirmata minn ebda deputat.
//= $special ?>

