Coronavirus Futbol Sport

Każ wiħed pożittiv ta’ coronavirus fil-Premier League

Il-Premier League kkonferma li fl-aħħar jiem ħareġ każ wieħed biss pożittiv tal-coronavirus fit-13 -il rawnd ta’ testijiet li saru bejn it-Tnejn u ilbieraħ.

F’dawn il-ġranet saru aktar minn 2,000 test. Dan huwa l-20 każ pożittiv minn total ta’ 18,351 test li sar fl-aħħar ġimgħat bil-plejers u l-uffiċjali tal-klabbs se jibqgħu jiġu ttestjat darbtejn fil-ġimgħa. Il-Premier League tkompla fis-17 ta’ Ġunju wara tliet xhur sospiż minħabba l-pandemija tal-coronavirus.