Lokali

Mara ssofri feriti gravi wara inċident tat-traffiku

Mara ta’ 57 sena u residenti s-Swieqi, qed issofri feriti gravi wara li ttajret minn vettura fi Triq il-Ħemel fis-Swieqi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ta’ 57 sena ġiet milquta minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena residenti San Ġwann.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hija ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.