Sport Sport Ieħor

Owen Grech maħtur bħala President ta’ Badminton Malta

Owen Grech ġie kkonfermat bħala l-President ta’ Badminton għas-sentejn li ġejjin wara li fl-aħħar xhur serva bħala President Interim.

Dan seħħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Badminton Malta. Grech diġa ħadem bis-sħiħ fuq bosta ta inizjattivi u hu kommess li jkompli jaħdem biex jipromovi l-Badminton f’pajjiżna. Waqt l-istess laqgħa ġie approvat ukoll statu ġdid li wara xhur ta’ diskussjoni mal-klabbs kollha ġie modernizzat u prattiku għaż-żminijiet tal-lum