Sport Sport Ieħor

Pol Espargaro jiffirma ma’ Honda sal-2021

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Spanjol Pol Espargaro iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Repsol Honda biex jieħu post Alex Marquez li se jissieħeb lil LCR.

Marquez, li rebaħ il-Moto 2 l-istaġun li għadda se jkun qiegħed jiddebutta ma’ Repsol Honda fil-MotoGP dan l-istaġun qabel ma jissieħeb ma’ LCR. L-istaġun tal-MotoGP se jibda fi tmiem il-ġimgħa fiċ-ċirkwit ta’ Jerez fi Spanja wara li l-bidu tal-istaġun ġie pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus.