Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari

Raġel mill-Ghana ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq San Klement, iż-Żejtun.

Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tal-11.30am li kien hemm bżonn ta’ assistenza, minnufih fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma lejn l-Isptar Mater Dei biex jirċievi aktar kura meħtieġa.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farruġia li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.