Lokali

Raġel isofri feriti gravi f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 51 sena residenti s-Siġġiewi, qiegħed isofri minn feriti gravi wara li waqa’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq il-Katakombi, in-Naxxar.

Il-Pulizija kienu infurmati għall-ħabta tal-10.00am kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom. Minnufih issejħu tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura meħtieġa. Hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri feriti gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Tags