Coronavirus Internazzjonali

Rekord ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 madwar id-dinja – WHO

Il-każi ġodda ta’ COVID-19 li kienu reġistrati matul il-ġurnata tal-bieraħ ammontaw għal iktar 230,000. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li dan in-numru huwa rekord ta’ każi ġodda f’ġurnata waħda.

Min dan in-numru, l-akbar ammont ta’ każi ħareġ mill-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel kif ukoll min-naħa t’Isfel tal-Asia.

In-numri ta’ imwiet baqgħu jiżdiedu fejn fost l-oħrajn fil-Messiku żdiedu b’rata allarmanti tant li n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-COVID-19 issa qabeż in-numru ta’ mwiet fl-Italja, bil-Messiku issa jirreġistra r-raba’ l-akbar ammont ta’ imwiet fid-dinja mill-pandemija.

Globalment s’issa kien hemm 12.9 miljun każ konfermat b’total ta’ 568,000 fatalità.