Sandra Xuereb u Kayden Lagana’ ddominaw il-Gold Cup 2020 li saret fl-Eden Super Bowl f’San Ġiljan. Xuereb għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 174-164. Spiteri ddominat ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni u spiċċat fl-ewwel post wara r-round robin fejn rnexxielha tirbaħ erbgħa mill-ħames logħbiet tagħha.
Sandra Xuereb minn naħa tagħha spiċċat fit-tielet post fir-round robin meta għelbet lil Marthese Cossai biex imbgħad għelbet darbtejn lil Spiter biex ħarġet rebbieħa. Fir-raba’ post spiċċat Kathryn Fenech segwita minn Natasha Bianchi u Rachel Chircop.
Fil-kompetizzjoni tal-irġiel, Melvin Galea spiċċa fl-ewwel post fejn minkejja li kiseb vantaġġ komdu fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni kellu sfida iebsa kontra Chris Fenech li temm fir-raba’ post fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni. Fir-round robin, Fenech irnexxielu jtemm fit-tieni post wara li rebaħ erba’ logħbiet u temm qabel sieħbu Kayden Lagana’.
Wara li tilef kontra Fenech fl-aħħar logħba tar-round robin, Lagana’ għeleb lil Fenech biex għadda għall-finali kontra Melvin Galea. Fil-finali Lagana’ għeleb lil Galea 210-176 178-164. Fir-raba’ post temm Mark Serge segwit minn Jonathan Sciberras u Nicholas Falzon.
//= $special ?>