Lokali

“Se nibqa’ nservi b’lealtà” – Adrian Delia

“Determinat li nibqa’ nservi b’lealtà għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”. Kliem il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’messaġġ lin-nazzjon.

Ftit tal-ħin ilu, il-Prisdent George Vella kkonferma lil Adrian Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni.. deċiżjoni li għandha tiġi rispetata minn kull min jemmem fis-saltna tad dritt f’pajjiżna. Deċiżjoni li lil Adrian Delia se tagħtih sens ta’ ħidma ikbar.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li matul dawn il-ġranet żamm sieket għax il-kariga tiegħu titlob minnu kawtela u rispett lejn dak kollu li kien se jiddeċiedi l-President skont dak li tgħid il kostituzzjoni.

Adrian Delia qal li se jtenni d-determinazzjoni tiegħu li jkompli jagħti saħħtu kollha b’servizz lejn il-poplu kollu fejn se jkompli bil-ġlieda tiegġu kontra l-korruzzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN qal li se jibaqa’ jservi b’lealtà lejn dak kollu li dan il-parti jemmen fih. Partit li dejjem iġġieled għad-demokrazija u r-rispett lejn in-nies u lejn il-ħaddiem… lejn il-valuri tas-sewwa u tat-tajjeb… ta’ dak kollu li jagħmilna min aħna. Adrian Delia qal li llum dan irridu nwettquh iktar minn qatt qabel għax qed ngħixu fi żmien fejn ninsabu mifnijin bi skandli tal-Gvern Laburista. Ninsabu f’sitwazzjoni fejn Vitals għadhom qed jisirquna kwart ta’ muljun ewto kull ġuranta, meta Abela għadu idejh marbuta u maa jistax jiddeċiedi favur pajjiżna.

Sostna li se jagħmel l-għalmu tiegħu b’determinazzjoni iktar soda minn qatt qabel. Però kull wieħed irid jagħmel il-biċċa tiegħu b’lealtà lejn il-partit u b’imħabba lejn il-pajjiż.

“Bid-deċiżjoni tal-President, illum ma rebaħ ħadd, nibdew nirbħu biss meta naraw kif se nissaħħu. Irridu nħarsu ‘l quddiem b’tama u konvinzjoni, riżoluzzjoni waħda… irridu nimxu t-triq flimkien u nkunu magħqudin. Irridu nġibu l-interess tal-partit u tal-pajjiż qabel l-interess uniku tagħhom” qal Adrian Delia. Huwa biss il-Partit Nazzjonalista li qed joffri alternattiva għall-poplu Malti u Għawdxi, għalhekk mhux bil-kliem imma bil-fatti li l-PN se jerġa’ jinżel għand in-nies.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li hu m’hu se jaqta’ qalbu qatt filwaqt li mhux se jabdika mir-reponsabbiltà tiegħu. “Irridu nfittxu dak li jgħaqqadna u mhux dak li jifridna. Irridu nnaddfu pajjiż mill-ġdid biex ikollna pajjiż li jixraq lill-poplu Malti u Għawdxi kollu” temm jgħid Adrian Delia.