Lokali Parlament

58 każ ta’ barranin li nagħtaw iċ-ċittadinanza meta lanqas għandhom ċertifikat tat-twelid

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina żvela skandlu ieħor dwar il-passpaorti fejn jirriżulta lif’sena u nofs biss kien hemm 58 każ ta’ barranin li ngħataw iċ-ċittadnannza meta lanqas għanhdom ċertifikat tat-twelid.

Fil-parlament Karol Aquilina qal li l-abbozz ta’ liġi hu tibdil kosmetiku ibbażat fuq deċiżjoni tal-biża’ li għandu l-gvern minħabba li jaf din l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza ħolqot inkiet kbnir għax ir-reputazzjoni tal-pajjiż tkissret. Il-gvern qed jipprova jindirizza din il-problema billi bidel l-isem minn IIP għal frażijiet li ma jfissru xejn.

Il-liġi tispeċifika li se jingħataw lil nies li jagħtu kontribut fix-xjenza b’rabta ma’ Malta jew fis-settur tal-arti jew l-isport; ma dan il-PN jaqbel.

Il-gvern qed jispeċifika li dawn iridu ajgħmlu xi ħaġa eċċezzjonali iżda qed jispeċifikaha bħala eċċezzjonalment eċċellenti jew manifestament superjuri; kważi diskors fuq razza! Il-gvern qed jigdeb meta jgħid li mhux se jibqa’ jbiegħ iċ-ċittadinanza.

Fil-pajjiż, il-liġi taċ-ċittadinanza qatt ma kienet kontroversjali iżda l-kontroversja bdiet fl-2013 meta l-gvern daħħal din l-iskema mingħajr ma kienet fil-programm elettorali. Malta tpoġġiet fil-lista ta pajjiżi iddisprati li jridu jbiegħu l-passaporti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li issa hu stabbilit li kien hemm ftehim sigriet bejn il-PL u Henley & Partners qael l-elezzjoni 2013. Imkien ma ssib iċ-ċittadinanza fil-valur tal-flus għaliex ir-rabta trid tkun ġenwina, sostna id-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-liġi hemm diġà kundizzjonijiet dwar kif persuni barranin li jiġu Malta u jiżżewġu jew barranin li jiġu Malta u jaħdmu wara proċess twal ta’ snin.

Fil-liġi tal-iskema l-gvern kellu jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li xtraw iċ-ċittadinanza iżda l-gvern qed jippubblika lista waħda fimkien biex dawk li jixtru l-passaporti jinħbew mal-oħrjan, il-lista lnaqas biss hi f’ordni alfabetika. Il-gvern u mill-2013 jabi l-ismijiet tal-barranin li jixtru ċ-ċittadinanza. Dan ġab kritika tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u entitajiet oħra.

Id-deputat Nazzjonalista qal li x-xiri taċ-ċittadinanza m’għamndhiex tkun ta’ mistħija ħaġa bil-moħbi u għalhekk l-ismijiet tal-persuni li japplikaw biex isiru ċittadini Maltin jidbew ikunu pubblikat mill-ewwel.

Għalhekk kull min għadu xi oġġezzjona jista’ jitkellem u jwassal l-inkwiet tiegħu lill-awtoritajiet. Dan bl-iskop li persuni bi skop ħażin jidħlu fis-sistema Maltija. Irid ikun speċifikat ukoll li dawk li se jixru ċ-ċittadnanza jkunu magħrufa flimkien mal-persuni l-oħrajn li kienu se jieħduha biż-żwieġ.

Hu ppropona wkoll it-twaqqif ta’ kumitat immexxi mill-Oppożizzjoni b’moġġoranza tal-gvern li jivverifika l-għoti taċ-ċittadinanza.

Id-deputat Nazzjonalista qal li r-regolatur għadu dritt jitlob l-informazzjni skont il-liġi l-antika u l-uffiċjlai pubbliċi għandhom l-obbligu li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa. Iża issa r-regolatur jista’ jitlob biss u l-uffiċjali jistgħu ma jipprovdulux id-dokumenti mitluba. Ir-regolatur qiegħed hemm għalxejn għax m’hemmx ir-regolamenti dwar l-investigazzjonijiet.

Karol Aquilina qal li l-bejgħ taċ-ċittadinanza hu bejgħ fih innifsu fejn kien hemm barranin li xrraw iċ-ċittadinanza u li kellhom skeletri kbr ta’ frodi, evażjoni tat-taxxa u setturi oħra. Dw kollha għandhom dimensjoni internazzjonali fejn qed isir riklam negattiv għal Malta

Aspett kruċjali hu li l-aġenziji jivverfikaw lill-persuni permezz ta’ due diligence fejn ikuu mistoqsija fejn il-barranin ikun twieldu. Fl-2017 it-Times irrappurtat li kien hemm żewġ persuni li traw iċ-ċittadinanza bla ma kelhom ċeritifkat tat-twelid. Il-ministru kien qal li din hi biss eċċezzjoni kbira.

Illum hu stabbiit li hemm 58 persuna li ngħatat iċ-ċittadinanza Maltija bla ma għandhom ċeritifkat tat-twelid; l-awtoritajiet tal-pajjiż m’humiex jiverfikawhom. Il-gvern irid jispjega kif persuna tixrti ċ-ċittadinanza Maltija meta m’għadux ċertifikat tat-twelid.

Hemm stejjer ikbar ta’ nies li huma invouti fil-kriminalità u ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija. Meta kien qed jingħata l-liċenzja għal-Pilaturs Ali Sadr diġà kellmu inkwiet kbir, sostna d-deputat Nazzjonalista.