Futbol Sport

Southampton jieħdu draw f’Old Trafford fl-aħħar minuta

(Ritratt: EPA)

F’Old Trafford, Southampton kisbu punt minn fuq Manchester United u ħadu daqqa ta’ ħarta t-tamiet tagħhom li staġun ieħor jiksbu post fil-UEFA Champions League. Southampton fil-vantaġġ wara 12 -il minuta meta Nathan Redmond sab lil STUART ARMSTRONG li għeleb lil De Gea mill-viċin. Din kienet l-400 logħba tal-gowlkiper Spanjol bil-flokk tar-Red Devils.
It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer dawwaar il-partita f’temp ta’ tliet minuti meta l-ewwel kien MARCUS RASHFORD li ġab id-draw imgħad kien ANTHONY MARTIAL li għamilhom 2-1.
Southampton lejn it-tmiem resqu viċin li jġinu d-draw b’xutt tajjeb ta’ Redmond li ra lil De Gea jsalva. OBAFEMI ġab id-draw għal Southampton fl-aħħar sekondi meta minn corner kien Bednarek li xellef lejn Obafemi li mill-viċin xeħet ġewwa.