Manchester City se jilagħbu fiċ-Champions League l-istaġun li ġej wara li l-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) neħħiet il-projbizzjoni ta’ sentejn mill-futbol ewropew li kienet imponiet fuq il-klabb Ingliż.
City kienu ngħataw is-sospensjoni għal “ksur serju” tal-liċenzjar tal-klabbs u tar-regolamenti finanzjarji ta’ fair play.
Il-klabb tal-Premier League ċaħad kwalunkwe ksur ta’ regoli u appella mid-deċiżjoni tas-CAS ix-xahar li għadda, wara li ddeskriva l-proċess dixxiplinarju tal-UEFA bħala “preġudizzjarju”.
Wara li sema’ il-provi fuq tliet ijiem separati, CAS dawwar id-deċiżjoni u anke naqqas il-multa inizjali tat-team Ingliż minn €30 miljun għal €10 miljun.
//= $special ?>