Preżenti fl-awla kien hemm l-Ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra, l-avukati tad-difiża Dr Marion Camilleri u Dr Francesca Zarb. Il-kumpilazzjonii nstemgħet f’awla ħamsa quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.
13.30: Chantelle kienet iltaqgħet ma’ persuna oħra dakinhar tal-festa ta’ Ħaż-Żabbar però waqqfet issemmieh meta reġgħet bdiet tiltaqa’ mal-akkużat.
13.15: Titla’ tixhed ħabiba tal-vittma. Spjegat kif Chantelle kienet tibża’ li se tinqatel. Wara li ħassru, Borg kien isegwi lil Chetcuti kull fejn tmur. Saħqet li ħassru f’Settembru tal-2019 u f’Jannar tal-2020.
12.45: Matul din l-aħħar sena, Chetcuti u Borg reġgħu bdew jiffrekwentaw lil xulxin. Il-kuġina ta’ Chantell tkompi tirrakkonta episodji varji fejn Borg beda jmur postijiet fejn kienu jmorru hi u kuġintha.
12.35: Titla’ tixhed il-kuġina tal-vittma li tistqarr li trabbew flimkien. Qalet li qabel ma Chantelle u Justin kellhom it-tfal, Borg kien bagħat ittra lil Chetcuti jgħidilha li jekk mhux se tibqa’ miegħu kien se joqtol lilu nniffsu.
12.30: Fil-Qorti kienu ppreżentati ċ-chats bejn l-akkużat u l-vittma fuq USB. L-espert tal-Qorti tal-IT Keith Cutajar qal li minħabba li Chantelle u Justin kien ilhom żmien twil flimkien, il-konverżazzjonijiet kienu twal ħafna.
Fil-Qorti llum mistenni jixhed ħu Chantelle Chetcuti, li nqatlet fi Frar li għadda permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina. Dan hekk kif se tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra r-raġel ta’ 33 sena akkużat bil-qtil tagħha.
Justin Borg ta’ 33 sena, residenti Ħal-Safi, qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Chantelle Chetcuti ta’ 34 sena, li hija wkoll omm iż-żewġ ulied bniet, it-tfal tal-akkużat, li għandhom seba’ u tlettax-il sena.
Borg qed jiġi mixli bil-qtil li seħħ il-Ħadd 5 ta’ Frar f’Żabbar quddiem il-każin tal-futbol tal-istess lokalita permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina f’rasha, b’waħda minnhom tinfed ukoll ngħasha, u dan allegatament waqt argument li seħħ bejniethom.
Huwa qed jiġi mixli b’ħames akkużi, fejn minbarra l-omiċidju li seħħ fi Triq is-Santwarju qed jiġi mixli wkoll li waqt il-kummissjoni tar-reat kien fil-pusses ta’ arma irregolari, f’dan il-każ sikkina, li kellu fil-pusses tiegħu arma mingħajr liċenzja, li kellu fil-pusses tiegħu d-droga kokaina u li kiser il-paċi pubblika
//= $special ?>

