Kelly Preston, il-mara ta’ John Travolta, tilfet ħajjitha wara battalja mal-kanċer tas-sider.
F’post fuq il-media soċjali, John Travolta ħabbar li kien għadu kemm tilef lill-mara tiegħu, wara li għal dawn l-aħħar sentejn kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer.
L-attriċi, li kellha 57 sena, għażlet li żżomm id-dijanjosi tagħha privata. Rappreżentant tal-familja qal li Kelly mietet il-Ħadd filgħodu fejn kienet ilha għaddejja bi trattament mediku għal xi żmien.
Preston ħadet sehem flimkien ma’ Tom Cruise u Arnold Schwarzenegger fil-films ta’ suċċess ‘Jerry Maguire’ u ‘Twins’. Hija deheret ukoll f’diversi films flimkien mar-raġel tagħha, bl-iktar wieħed reċenti jkun ‘Flick Gotti’ fl-2018.
//= $special ?>