Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex il-gvern jerġa’ jmur mal-mejda tad-diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-Oppożizzjoni dejjem ħadmet biex ikun hemm qbil dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta iżda l-gvern ma semax; l-istess kif ma semax biex jiġġieled l-iskandli u l-korruzzjoni li ħakmet l-pajjiż.
Il-gvern lanqas sema’ mill-Kummissjoni Venezja u baqa’ għaddej bil-politika tiegħu li jaħtaf l-istituzzjonijiet. Hu fakkar kif il-gvern ħatar sitt kummissarji tal-pulizija f’seba’ snin u spjega kif il-pożizzjoni li ħadet il-Kummissjoni Venezja kienet fl-istess linja ta’ kritika li ilu jagħmel il-PN.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li minkejja li l-gvern ħejja 1-abbozzi ta’ liġijiet marbuta mal-proposti tal-Kummissjoni Venezja, lill-Oppożizzjoni għaddielha biss erba’. Dan filaqt li l-gvern inganna meta ppubblika stqarrija bil-proposti li kien bagħat lill-Kummissjoni Venezja; liema proposti ma kienux għadhom diskussi mal-Oppożizzjoni.
Robert Cutajar appella lill-gvern beix isegwu l-mudell ta’ gern Nazzjonalista immexxi minn Lawrence Gonzi li b’sens ta’ rieda tajba kien ħatar lil George Abela bħala President ta’ Malta waqt li mill-Oppżizzjoni l-PN dejjem ivvota favur il-ħatriet ta’ Presidenti nominati mill-gvern Laburista; hekk għamel fin-nomini ta’ Marie Louise Coleiro Preca u George Vella. Fil-verità, sostna Robert Cutajar, m’hemmx bżonn l-approvazzjoni taż-żewġ terzi meta jkun hemm rieda tajba.
//= $special ?>