L-Ogħla Uffiċċju li jirrappreżenta liċ-Ċina komunista f’Hong Kong wissa li l-elezzjonijiet preliminarji għall-Oppożizzjoni li hi favur id-demokrazija jistgħu jabbużaw il-liġi ġdida għas-sigurtà għal Hong Kong. L-elezzjonijiet ta’ tmiem il-ġimgħa żiedu t-tħassib li ċ-Ċina timponi ‘il-ponn tal-ħadid’ fuq il-moviment pro-demokratiku ta’ Hong Kong — eks kolonja Britannika sal-1997.
Ir-riżultati preliminarji kienu favorevoli għal grupp ta’ demokratiċi żgħażagħ fost indikazzjonijiet li l-moviment demokratiku ta’ Hong Kong jista’ jinbidel f’entità aktar radikali, bil-kapaċità li ‘turta bil-kbir’ lill-awtoritajiet f’Beijing.
L-elezzjonijiet preliminarji kienu maħsuba biex jagħżlu lill-kandidati demokratiċi li għandhom l-aħjar ċans ta’ suċċess fl-elezzjonijiet ta’ Settembru għall-Kunsill Leġislattiv, jew aħjar l-entità governattiva ta’ Hong Kong.
Ħafna osservaturi jqisu l-elezzjoni ta’ Hong Kong bħala vot li jirrifletti protesta simbolika kontra l-liġi tas-sigurtà ġdida li ċ-Ċina imponiet fuq it-territorju. Il-liġi tippermetti l-pieni ħorox għall-azzjonijiet meqjusa ( miċ-Ċina) bħala tfixkil għall-awtoritajiet komunisti, terroriżmu u kollaborazzjoni ma’ ‘qawwiet barranin’ – u fejn l-imputati kapaċi jeħlu l-ħabs għal għomorhom.
//= $special ?>