Coronavirus Internazzjonali

FRANZA: Żieda fil-paga lill-ħaddiema tas-saħħa b’ringrazzjament

Il-Gvern Franċiż approva mat-€8 biljun f’żidiet ta’ pagi għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa b’ringrazzjament għall-irwol kruċjali tagħhom fil-battalja kontra l-pandemija ta’ Covid-19.

Il-ftehim ġie ffirmat mal-Unjins sabiex issa kull ħaddiem li jaħdem fil-qasam tas-saħħa fi Franza ser ikollu żieda medja ta aktar minn mija u tlieta u tmenin ewro fix-xahar.

Filwaqt li l-apprezzament lejn dawn il-frontliners intwera biċ-ċar mad-dinja kollha, huma riedu aktar minn ċapċipa tas-sagrifiċċji kollha li twettqu – u l-Gvern Franċiż ħa azzjoni.

Din it-tħabbira waslet f’Jum il-Bastilja, ġurnata ta’ festa nazzjonali fi Franza.

S’issa f’dan il-pajjiż ġew irreġistrati mal-200,000 infezzjoni u 30, 000 fatalità.