Net News jista’ jikkonferma li l-famuż Memorandum of Understanding li kien sar mal-Vitals…instab.
Dalgħodu morna Kastilja nistennew lill-Prim Ministru biex nistaqsuh jekk kienx irnexxielu jsib id-dokument li l-Awditur Ġenerali qal li ma ngħatalux, iżda filwaqt li Robert Abela ftaħar li kien sabu… la ried jgħidilna fejn instab…u lanqas ma ried jagħmlu pubbliku.
Fl-aħħar jiem il-Ministru li kien responabbli mis-Saħħa meta ġie ffirmat dan il-ftehim sigriet, Konrad Mizzi ħareġ jgħid li dan il-ftehim ma jġibx il-firma tiegħu, u li QATT ma kien ingħata aċċess għalih.

Sadanittant anke Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterpise, qal li lanqas il-Malta Enterpise ma kienet involut f’dan il-ftehim.
Wieħed għad irid jara jekk dawk li x’aktarx kellhom aċċess għall-Memorandum of Understanding minħabba l-pożizzjoni li kellhom dakinhar, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-eks Vici Prim Ministru Louis Grech, l-eks Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u Chris Fearne, illum Ministru tas-Saħħa u dak iż-żmien Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru,hux se jkunu qed jikkummentaw dwar dan id-dokument.
//= $special ?>