Lokali Parlament

Il-PN joffri soluzzjoni għal qbil ġenerali dwar il-ħatriet tal-ġudikanti

Chris Said

Chris Sid, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN diġà ressaq divesi proposti għal qbil ġenerali dwar il-ħatriet tal-ġudikanti.

Fil-parlament Chris Said qal li dwar il-ħatra tal-ġudikatura kien hemm sentejn u nofs ta’ diskussjonijiet li kien hemm iż-żewġ naħat. Il-PN mhux kontra l-kunċett tal-ħatra iżda kontra ċertu aspetti fil-liġi li jistgħu jinstabu soluzzjonijiet dwarhom.

S’issa l-PN għadu mhux totalment favur il-proposti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li sentejn ilu twaqqaf l-isteering committee fejn il-pożizzjoni tal-PN dejjem kienet li l-Prim Imħallef ikun maħtur b’mozzjoni li ġġib żewġ terzi; dwar dan il-gvern kien kontra iżda l-PN baqa’ jinsisti għaliex il-pajjiż jaħtar l-Ombudmsan u l-Awditur Ġenerali biż-żewġ terzi. Fl-aħħar il-gvern ġie jaqbel mal-pożizzjoni tal-PN.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-parlament adotta l-qbil dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef ġdid Mark Chetcuti minkejja li l-liġi ma kinitx għadha daħlet fis-seħħ. Dan l-appoġġ jagħti saħħa morali kbria lil dawn l-uffiċjali.

Sal-lum il-ġudikanti jinħatru mill-Prim Ministru; sena u nofs il-Kummissjoni Venezja qalet li dan il-poter m’għandux jibqa’ f’idejn il-Prim Ministru jew f’idejn il-kabinet tal-ministri.

Il-gvern mar għal soluzzjoni fejn kumitat tal-għażla jipproponi tliet ismijiet lill-President tar-Repubblika; pass li l-PN jabel miegħu bil-kundizzjoni li l-President ikun maqbul miż-żewġ naħat. Il-gvern kien għadu qed jopponi li l-President ikun maħtur biż-żewġ naħat tal-kamra.

Hu qal li m’għandux dubju li jekk isiru iktar diskussjonijiet jinstabu soluzzjonijiet għall-fall back position li dwarha qed toġġezzjona l-Oppożizzjoni. Il-gvern issa qed jaqbel u ġie mal-PN li l-President ikun maħtur biż-żwġ terzi. L-oġġezzjoni tal-PN hi li jekk wara żewġ votazzjonijiet ma jkollu ż-żewġ terzi, allura jkun il-gvern li jagħżel hu.

Hu appella biex tinstab fall back position li fiha l-għażla tal-Prim Imħallef issir biż-żewġ terzi f’kull każ. Dwar il-karigi tal-Ombudsman u Awditur Ġenerali dejjem kien hemm qbil u għalhekk anki fuq karigi oħra jista’ jintlaħaq qbil.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li tista’ tinħoloq il-kariga ta’ Assistent Prim Imħallef biex b’hekk tkun soluzzjoni għall-fall back position. Soluzzjoni oħra tista’ tkun li sakemm jinstab Prim Imħallef , ikun l-aktar imħallef anzjan li jokkupa l-kariga ta’ Prim Imħallef. Il-PN lest jipprova jisb l-aħjar triq.

Fid-diskussjonijiet diġà kien hemm qbil li jiżdied iż-żmien ta’ esperjenza biex ikunu appuntati l-maġistrati u l-imħallfin.