Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara inċident fix-Xewkija

Sewwieq ta’ mutur mir-Rabat Għawdex kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Jean De La Vallette, fix-Xewkija, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn mara ta’ 45 sena mir-Rabat Għawdex, u l-mutur misjuq mill-vittma ta’ 33 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura sabiex ingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.