Chantelle Chetcuti li nqatlet brutalment b’daqqiet ta’ sikkina f’rasha u sidirha aktar kmieni din is-sena, kienet ilha s-snin tissaporti abbuż mis-sieħeb tagħha meta ntebħet li dan kellu relazzjoni sesswali ma mara oħra.
Dan ħareġ minn xhieda li taw qraba tal-vittma, hekk kif l-eks sieħeb ta’ Chetcuti, Justin Borg, jinsab akkużat bil-qtil tal-mara.
Kuġina tal-vittma rrakkontat kif Chetcuti kienet tissaporti l-abbuż sakemm kienet għadha tafda lis-sieħeb tagħha, iżda meta ntebħet li dan ma kienx qed ikun fidil lejha u li kien qed ikollu relazzjoni ma kuġina oħra tagħha, l-affarijiet inbidlu.
L-istess xhud spjegat kif Chetcuti anke kienet wieġbet “jekk inkun għadni ħajja” fuq text fejn kienu qed jippjanaw mawra għal Għawdex.
Għal Borg qed jidhru l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb filwaqt li Kurt Zahra qed imexxi l-Prosekuzzjoni. Stephanie Caruana qed tidher parte civile.
//= $special ?>

