Juventus jistgħu jersqu qrib li jirbħu s-36 titlu u Bolgna, Napoli, Milan, Parma, Roma u Verona f’konfronti diretti fil-ġlieda għall-postijiet fl-Ewropa.
SASSUOLO- Juventus barra minn darhom jittamaw li jirbħu f’konfront delikat kontra Sassuolo f’partita li tista’ tpoġġi lil Juventus pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-kampjonat tas-Serie A. Għal Sassuolo din il-partita se tkun importanti wkoll biex iżidu t-tamiet li jiksbu post fl-Europa League.
UDINE – Lazio se jkunu qed jittamaw li jdawwru l-fortuna f’partita delikata barra minn darhom kontra Udinese. Telfa għal Lazio tfisser li jirriskjaw li jitilfu t-tieni post jekk Atalanta jirbħu l-konfront tagħhom kontra Brescia. Udinese min naħa tagħhom se jkunu qed jfittxu tliet punti importanti biex iserrħu moħħhom għal staġun ieħor.
MILAN – F’ San Siro Milan jilqgħu lil Parma f’partita importanti għall-ambizzjonijiet taż-żewġ timijiet li jiksbu post fl-Ewropa staġun ieħor. Mit-tkomplija tal-istaġun Milan għadhom bla telfa b’sensiela ta’ riżultati pożittivi. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Parma wettqu rimonta tajba kontra Bologna meta kienu 2-0 minn taħt.
BOLOGNA – Fi Stadio Renato Dall’Ara, Napoli se jippruvaw jgħelbu l-isfida ta’ Bologna f’partita delikata fil-ġlieda tagħħhom għall-post fl-Ewropa. Minkejja li ċ-ċansijiet għal Bologna li jiksbu post fl-Ewropa jidhru rimoti, rebħa tista’ tpoġġijhom lura fit-tiġrija biex jiksbu post fl-Ewropa.
RUMA- Roma fi Stadio Olimpico jilqgħu lil Verona f’partita diretta għal post fl-Ewropa. Roma fl-aħħar ħarġa tagħhom kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra Brescia filwaqt li Verona temmew fi draw kontra Fiorentina.
FERRARA- Fl-aħħar partita mit-33 ġurnata tas-Serie A, Inter jilgħabu barra minn darhom kontra SPAL f’partita li tista’ tpoġġi lil SPAL viċin ir-relegazzjoni jekk dejjem jitilfu.
TURIN- Fi Stadio Olimpico Grande, Torino se jilqgħu lil Genoa f’partita diretta bejn iż-żewġ timijiet li tista’ tkun determinanti għaż-żewġ timijiet għall-futur tagħhom fis-Serie A. Telfa għal Genoa tista’ tkun daqqa ta’ ħarta għat-tamiet tagħhom li jsalvaw posthom fis-Serie A jekk Lecce f’darhom jgħelbu lil Fiorentina.
Serie A
Illum: Atalanta v Brescia 9.45pm, Għada: Milan v Parma 7.30pm, Bologna v Napoli 7.30pm, Sampdoria v Cagliari 7.30pm, Lecce v Fiorentina 9.45pm, Roma v Verona 9.45pm, Sassuolo v Juventus 9.45pm, Udinese v Lazio 9.45pm, Il-Ħamis: Torino v Genoa 7.30pm, SPAL v Inter 9.45pm
//= $special ?>