Bejn il-Ħamis u s-Sibt fit-trakka ta’ Ħal Far se tirritorna l-attività tat-tlielaq tal-karozzi filgħaxija. Wara waqfa minħabba l-imxija tal-coronavirus, it-tlielaq li jmiss jibdew mill-Ħamis li ġej mis-6.00pm ‘il quddiem. Dan hu post fejn ħbieb u familjari jistgħu jmorru u jaraw it-tlielaq tal-karozzi f’atmosfera mill-isbaħ waqt li jgawdu minn servizz anki ta’ ikel u xorb. L-attività, mifruxa fuq tlett ijiem, hi organizzata mill-Malta Drag Racing Association.
//= $special ?>L-attività fit-trakka ta’ Ħal Far tirritorna l-Ħamis
14 ta' Lulju 2020