Lokali Parlament

Malta qatt ma kellha kritika dwar governanza u saltna tad-dritt qabel l-2013

Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal fil-parlament li qabel kien elett il-gvern Laburista fl-2013 Malta qatt ma kien kollha kritika dwar il-goveranza u s-saltna tad-dritt.

Hu tkellem dwar il-ġudikatura u l-mod kif jinħatru l-ġudikanti u sostna li waħda mill-kriitka ewlenija li qala’ l-gvern Laburista kienet propju għall-fatt li f’ġurnata waħda l-gvern Laburista bidel 13% tal-ġudikanti.

B’kollox il-Prim Ministru Laburista bidel 64% tal-ġudikanti fejn minn 29 kariga kien hemm 21 li jew kellhom rabtiet politiċi diretti inkella ħolqu l-perċessjoni pubblika li fihom kien hemm indħil politiku.

Dan għall-fatt li fost dawn il-akrgi kien hemm min kellu rabtiet diretti mal-PL, kien hemm deputat-mexxej Laburista, kandidati Laburisti sindku Laburista, uffiċjali tal-PL, persuni b’rabtiet familjari ma’ ministru Laburisti u persuni b’rabtiet professjonali ma’ uffiċjali tal-PL.

Jason Azzopardi sostna li kient din is-sitwazzjoni li wasslet lill-Kummissjoni Venezja biex tagħmel ir-rapport li għamlet u qal li l-gvern Laburista kien avżat minn qabel bil-konsegwenzi ta’ dawn id-deċiżjonijiet.