Lokali Qorti

Mhux ħati ta’ frodi fuq ‘claim’ ta’ ġiżirina tad-deheb għad-dannu ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni

Il-Qorti tal-Appell Kriminali irrevokat sentenza mill-Qorti tal-Maġistrati fejn illiberat Belti ta’ 49 sena minn każ ta’ frodi għad-dannu ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni u li wettaq dan ir-reat waqt il-perodu operattiv ta’ sentenza sospiża.

Anthony McKay kien ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal-erba’ snin mill-Ewwel Qorti li iżda kienet illiberatu wkoll li kkommetta ħsara fuq propjetà għad-dannu ta’ żewġ ħaddiema ta’ kumpanija tal-assigurazjoni, liberazzjoni li ġiet ikkonfermata wkoll mill-Qorti tal-Appell.

Dan il-każ huwa dwar talba li saret minn McKay biex jieħu flus fuq ġiżirina li kienet tiswa’ €7,400 li kien tilifha meta kien qed jassisti partita futbol fl-istadium nazzjonali ġewwa Ta’ Qali. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni ma kinitix tagħtu s-somma kollha, iżda €2,000 u dan għax kienet xettika mit-talba ta’ McKay.

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja laqgħet l-appell ta’ Anthony McKay u lliberatu minn kull ħtija u dan peress li l-Qorti tal-Maġistrati sabitu ħati fuq provi ċirkostanzjali fejn ma teżisti l-ebda prova ta’ dik stipulata fil-liġi ta’ ħtija mingħajr dubju dettat mir-raġuni.

Il-Qorti qalet li l-akkużat kien instab ħati mill-ewwel Qorti fuq xhieda li taw żewġ rappreżentanti tal-kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li patri kien xehed fil-Qorti li huwa kien ingħata ġiżirana mingħand xi ħadd u li kien għaddiha lil McKay permezz ta’ patri ieħor.

Ingħad ukoll li l-akkużat kien qal lill-Pulizija li kien ngħata l-ġiżirina. Anthony McKay kien akkużat li għamel rapport falz fl-Għassa tal-Pulizija fis-17 ta’ Mejju 2010, meta kien iddikjara li kien tilef ġiżirana.

Xiehda mportanti kienet dik ta’ ta’ Fr. Martin Schembri li qal li rċieva din il-ġiżirana tad-deheb permezz tas-sigriet tal-qrar fejn ma jispeċifikax mingħand min u meta kien irċieva din il-ġiżirana.

Il-Qorti qalet li l-fatt li wara McKay kien irċieva din il-ġiżirana mingħand Fr.
Schembri ma kienx informa lill-kumpanija tal-assikurazzjoni, ma jfissirx li huwa kien ikkommetta xi frodi.

Il-kumpanija Middlesea Insurance plc ma kienetx aċċettat li tonora it-talba ta’ McKay minħabba li meta għamel l-istess talba, huwa ma kienx tahom id-dettalji kollha.

Żewġ rappreżentanti tal-kumpanija qalu li huma ġarrbu vendikazzjonijiet fuq il-karozzi tagħhom fejn waħda minnhom qalet li ġarrbet ħsara fil-vettura tagħha fis-17 t’Awissu 2010 u din kienet tikkonsisti fi brix fil-karozza u fi tliet tyres imqattgħin.

Rappreżentant ieħor qal li għall-ħabta ta’ nofs is-sena 2013 huwa kien qed jiġi offiż mill-akkużat kull darba li jarah il-Belt u li fl-2014 sab li kellu l-erba’ tyres tal-karozza tiegħu imqattgħin, kif ukoll kellu l-bieb ta’ barra tal-komun maħruq.

Il-Qorti qalet li għalkemm dawn verament huma ċirkostanzi suspettużi ħafna, dawn l-inċidenti ma jistgħux jitqiesu bħala evidenza univoka li tipponta biss u esklussivament lejn McKay, dak li wettaq dawn l-atti ta’ ħsara volontarja kontra l-proprjetà taż-żewġ rappreżentanti tal-kumpanija.

L-ewwel inċident kien seħħ fl-2010 u t-tieni inċident fl-2013. Biss biss hemm spazju ta’ tliet snin bejn inċident u ieħor. Tant hu hekk li l-Qorti tal-Maġistrati sabet lil akkużat mhux ħati li kkaġuna l-ħsara volontarja.

Fl-24 ta’ Jannar 2014, wieħed minn dawn ir-rappreżentanti tal-Middlesea Insurance plc kien safa’ vittma ta’ ħruq tal-bieb komuni tal-blokk ta’ apartamenti fejn kien jabita.

Minn aktar stħarriġ li sar kien irriżulta illi hu kien safa’ vittma wkoll ta’ atti oħra vandali. Kien allega li kellu suspett fl-akkużat, imma wkoll li mhux l-ewwel darba wkoll li ffaċċa problemi oħra minħabba x-xogħol tiegħu.

Il-Qorti tagħat ħafna mpotanza li McKay kien ammetta illi l-ġizirana kien żammha hu wara rċeviha mingħand Fr. Schembri u għalkemm ma kienx informa lill-assikurazzjoni dwar dan, irriżulta li kien irraporta lill-Pulizija u li dan ifisser li huwa ma żamm xejn mistur. Il-Qorti għaldaqstant annullat l-ewwel sentenza fuq kull sejbien ta’ ħtija.