Rapporti fil-media internazzjonali qed jirrappurtaw li Wesley Sneijder se jkun qed jerġa’ jibda jilgħab wara li kien irtira. Sneijder li għandu 36 sena, se jibda jitħarreġ mat-tim tad-dilettanti DOS Holland Stichtse (DHSC) f’Utrecht, pass li jista’ jwassal biex jingħaqad ma’ FC Utrecht.
Sneijder li hu l-aktar plejer li lagħab mat-tim nazzjonali Olandiż b’total ta’ 134 logħba, fil-karriera tiegħu lagħab fost l-oħrajn ma’ Ajax, Real Madrid u Inter. Hu jrid li jerġa’ jikseb il-fiżika tiegħu wara sena barra mil-logħba.
Jeffrey Sneijder li hu parti mill-istaff tekniku ta’ DHSC u ħu Wesley Sneijder, qal li l-eks plejer irid jitlef il-piż u jerġa’ jħoss is-sensazzjoni li jilgħab. Il-ġimgħa l-oħra, id-Direttur Tekniku ta’ Utrecht Jordy Zuidam qal li tkellem ma’ Sneijder dwar il-possibbiltà li jirritorna.
Robben li wkoll għandu 36 sena, ix-xahar li għadda ħabbar li kien se jirritorna wara li rtira. Hu ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Groningen, il-klabb li trabba fih. L-Olandiż kien temm il-karriera sena ilu ma’ Bayern Munich.
//= $special ?>