Real Madrid reġgħu fetħu erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Barcelona u jinsabu biss rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-La Liga. F’ Estadio Nuevo Los Carmenes, Real Madrid għelbu lil Granada 2-1. It-tim ta’ Zinedine Zidane fetaħ l-iskor wara biss għaxar minuti meta d-difensur FERLAND MENDY wara azzjoni personali kkonkluda wara Rui Silva.
Wara biss sitt minuti Real Madrid irduppjaw meta b’pass preċiż Luka Modric sab lil KARIM BENZEMA li minn qagħda tajba ma żbaljax. Granada naqsu l-iskor fil-51 minuta permezz ta’ DARWIN MACHIS wara li rċieva mingħand Herrera.
La Liga
Is-Sibt: Osasuna v Celta Vigo 2-1, Real Valladolid v Barcelona 0-1, Athletico Madrid v Real Betis 1-0, Il-Ħadd: Espanyol v Eibar 0-2, Levante v Athletic Bilbao 1-2, Leganes v Valencia 1-0, Sevilla v Mallorca 2-0 Ilbieraħ: Deportivo Alaves v Getafe 0-0, Villarreal v Real Sociedad 1-2, Granada v Real Madrid 1-2
//= $special ?>