Lokali

Tarbija tgħoddha b’waħda wara inċident f’Marsaskala

Omm esprimiet l-inkwiet u d-dispjaċir tagħha wara li s-sieħeb tagħha waqa’ f’gandott b’tarbija ta’ 10 xhur f’idejh – frott it-traskuraġni ta’ ħaddieħor.

Il-każ seħħ it-Tnejn waranofsinhar fi Triq San Tumas, f’Marsaskala hekk kif fuq il-midja soċjali din il-persuna rrakkontat kif f’leħħa ta’ berqa r-raġel għeleb f’din il-fetħa fil-bankina bil-konsegwenza li kemm hu kif ukoll it-tarbija sofrew xi ġrieħi, b’konsegwenzi li setgħu ikunu ferm agħar.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ftit tas-sigħat wara li seħħ dan l-inċident, qrib post ta’ kostruzzjoni, dan il-gandott ingħalaq kif inhu xieraq, b’sinjali ċari ta’ possibilità ta’ periklu għal min ikun miexi għall-affari tiegħu fuq il-bankina.