Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta

Żagħżugħ minn Bormla spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident bil-mutur fin-Naxxar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart tat-Tlieta filgħodu fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn San Ġiljan meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li ħabat mal-ħajt li jifred żewġ toroq u tkaxkar għal diversi metri.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa l-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Gassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta filwaqt li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.