Lokali

Aktar ġelati b’possibiltà ta’ plastik fihom

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika fi stqarrija informa li wara informazzjoni addizzjonali li rċieva mingħand il-kumpanija involuta, dawn il-prodotti mniżżla hawn taħt m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’
biċċiet tal-plastik fl-istess prodotti.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tattelefon – 2133 7333 mit-8:00am sas-2:30pm ta’ wara nofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.