Mara ta’ 80 sena, residenti l-Gżira, kellha tittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kienet involuta f’inċident fil-Gżira.
Illum, għall-ħabta tad-9:20am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Albert.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Nissan li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 49 sena residenti Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tadDistrett.
//= $special ?>