L-Erbgħa nżammet l-elezzjoni parlamentari fil-Maċedonja ta’ Fuq, liema elezzjoni tista’ tiddeċiedi l-pass ‘il quddiem għall-proċess biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. Iż-żewġ partiti ewlenin, is-Soċjalisti Demokratiċi li huma fil-Gvern u huma favur l-UE, u l-partit fl-Oppożizzjoni jinsabu ras imb’ras.
Il-votazzjoni oriġinarjament kellha ssir f’April, imma din ġiet posposta minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Il-Parlament xolja fi Frar wara r-riżenja tal-Prim Ministru Zoran Zaev minħabba li l-UE ma riditx tagħti data biex jinbdew in-negozjati għas-sħubija lir-Repubblika eks Jugoslava.
Xahar wara l-UE ħabbret li setgħu jinbdew it-taħdidiet, fejn għal darb’oħra ma ngħatatx data uffiċjali. Ħafna qed ibassru li x’aktarx il-proċess se jinbeda aktar tard matul din is-sena.
//= $special ?>