Lokali

Ħames persuni fosthom żewġt itfal involuti f’inċident tat-traffiku

Ritratt: Mill-Arkivji

Ħames persuni, fosthom żewġt itfal, kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar.

Jidher li fl-inċident kienu involuti żewġ vetturi, li t-tnejn spiċċaw fuq central strips.

Vettura tal-għamla Toyota Rav 4 kienet misjuqa minn mara ta’ 48 sena minn Tas-Sliema, li flimkien magħha kellha tifel 5 snin u ġuvni ta’ 18-il sena.

Il-vettura l-oħra tal-għamla Kia Picanto kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena minn Ħal Għaxaq, li miegħu kellu wkoll tifel ta’ 6 snin.

Ir-raġel ta’ 35 sena u t-tifel ta’ 6 snin ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.