Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-gvern Laburista hu l-aktar gvern korrott fl-istorja, anki mill-istess kejl ta’ Trasparency International li kien jikkwota hu stess.
Fl-Aġġornament Ivan Bartolo qal li din il-korruzzjoni ġabet il-kundanna ta’ entitajiet Ewropej, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-korruzzjoni qed ħalli impatt qawwi fuq il-kejl ta’ Malta. Il-Kummissjoni Venezja indikat diffikultajiet serji biex Malta tħares dak li tant li l-pajjiż għandu bżonn; is-saltna tad-dritt.
Id-deputat Nazzjonalista appella lill-gvern biex ma jibqa’ x’jagħmel ħsara lill-pajjiż għaliex il-korruzzjoni għandha prezz bl-użura. Il-Maltin huma di’appuntati li hawn gvern li l-poplu kellu fiduċja li se jsarraf dak li wiegħed iżda t-tajjeb ma jiġġustifkax il-ħażin li l-poplu jista’ jgħixux mingħajru.
Il-Maltin ta’ rieda tajba ma jagħtix appoġġ lil min ma jwettaqx il-wiegħdi; il-poplu jrid politika nadifa u s-sewwa. Din hi karatteristika li sebbaħ lill-poplu Malti, sostna Ivan Bartolo, li kompla li n-Nisrani jrid jieħu deċiżjonijiet għaqlin waqt li jikkunsidra l-ikbar ġid.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN jikkritika lill-gvern biex il-gvern jissaħħaħ; għall-ġid tiegħu. Hu appella biex il-problemi li għandu l-pajjiż ikunu indirizzati u sostna li l-Whip tal-Gvern reġa attakka lill-Kummissarju għall-Istandards Pubbliċi għax għamel rapport dwar l-ex Prim Ministru Joseph Muscat u l-Petrus.
X’inhi l-pożizzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela meta l-Whip tal-gvern jikkritika lill-Kummissarju għall-Istandards Pubbliċiu għaliex dan għamel ir-rapport fuq Jospeh Muscat?
Jeħtieġ jitwarrab il-partiġġjaniżmu u kulħadd jemmen fil-ġustizzja soċjali, it-trasparenza u l-meritokrazija. Dan id-diskors illum spiċċa mill-vokabolarju tal-PL; dan hu daħk bl-elettorat Malti.
Il-filosofija tal-PL hi li javvanzaw biss in-nies medwar il-partit; il-poplu vvota għal bidla fil-governanza għal waħda nadifa u mhux biex ibiddlu l-isem tal-gvern.
Dan minbarra li gvern Laburista ma żammx kelmtu mal-persuni b’diżabbiltà; gvern li jipprova jidħak bin-nies meta jgħid li ħaddem 1,000 persuna b’diżabbiltà. Lin-nies il-gvern jarhom numri; l-importanti li jaqtgħu n-nies minn fuq ir-reġistru tal-Jobs Plus. Fil-verità dawn il-persuni ma jkunux ħadmu.
Il-PL uża l-arma tal-korruzzjoni bħala arma sakemm ħa l-poter f’idejh, sostna Ivan Bartolo, li kompla li fl-immedjat il-popli m’humiex konvinti mill-politiċi, li ġabu din is-sitwazzjoni b’idejhom. Il-poplu jrid jara u jħos sli l-ġustizzja ssir ma’ kulħadd, sostna Ivan Bartolo, li sostna li Robert Abela hu kontinwazzjoni ta’ Joseph Muscat b’ismijiet u wċuħ differenti.
//= $special ?>