Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern kien qed iressaq dawn il-bidliet għax hu mġiegħel, b’konvenjenza u għax kien sfurzat.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-gvern ma ġiex fil-parlament minn rajh għaliex l-Oppożizzjoni ilha seba’ snin tappella lill-gvern biex iwettaq il-bidliet neċessarji. Gvern Nazzjonalista wera sens ta’ bilanċ meta ħatar lil George Abela bħala President ta’ Malta.
Dan il-gvern qed iwettaq bidliet bla bidliet, sostna Edwin Vassallo, li appella beix jintbgħat messaġġ ta’ integrità mill-politiċi lill-poplu.
Minħabba erba’ politiċi tħammiġġna għax qabel telgħu fil-gvern kien diġà ippjanaw il-korruzzjoni biex jimpalaw il-flus; €5000 kuljum, sostna Edwin Vassallo, li kompla li dawn huma bidliet biex il-gvern jgħaddi mill-eżami tal-Kummissjoni Venezja. Il-gvern qed imur fil-parlament b’liġijiet nofshom lesti; qed jidħak bil-poplu, li jistħoqqlu aħjar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN irid li jkun hemm soluzzjoni f’każ li ma jistabux is-soluzzjonijiet fuq il-persuni magħżula. Il-gvern irid li jibqa’ jagħżel il-ġudikatura u l-aħħar kelma tkun tiegħu. Il-bidliet fil-liġi dwar iċ-ċittadinanza huma wkoll fażulli għaliex il-bejgħ tal-passaporti se jibqa’ sigriet kif kien qabel. Il-gvern tellef ir-reputazzjoni li kellha Malta.
Edwin Vassallo qal li l-gvern ħataf l-istituzzjonijiet tant li lill-Kummissarju tal-Pulizija ħatru hu u tah sena probation. Issa l-gvern qed jemenda s-sitwazzjoni diffiċli li l-pajjiż jinsab fiha. Dan il-pajjiż illum ġie dittatura korrotta.
//= $special ?>