Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jaħtar żewġ Kummissjonijiet ġodda

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, matul il-laqgħa tal-bieraħ, fuq proposta tal-Kunsill Amministrattiv, approva l-ħatriet tal-Kumissjoni Elettorali, Data u Rekords u tal-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali.

Il-Kummissjoni Elettorali, Data u Rekords se tkun magħmula minn:

1) Gejtu Vella bħala Chairperson ta’ din il-Kummissjoni

2) Ivan Castillo bħala Viċi Chairperson ta’ din il-Kummissjoni

Membri;

3) Marion Portelli

4) George Cremona

5) Dr Danica Caruana

Il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Media Soċjali se tkun magħmula minn:

1) Profs. Joe Pirotta bħala Chairperson ta’ din il-Kummissjoni

Membri;

2) Dr Roberta Bonello

3) Dr Jean Karl Soler

4) Dr Michael Laferla

5) Dr Arthur Galea Salomone

Iż-żewġ Kummissjonijiet il-ġodda huma parti mir-riforma li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur, u joħorġu mill-istatut il-ġdid li ġie approvat fil-Kunsill Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju li għadda.