Is-suq tat-trasferimenti fil-futbol Ingliż se jdum miftuħ għal għaxar ġimgħat bejn is-27 ta’ Lulju u l-5 ta’ Ottubru. Din id-deċiżjoni jonqosha biss l-approvazzjoni tal-FIFA. Fi stqarrija tal-Premier League, intqal li bejn il-5 u s-16 ta’ Ottubru se jkunu jistgħu jsiru trasferimenti bejn klabbs tal-Premier League u l-English Football League iżda ma jistgħux jsiru trasferimenti bejn klabbs tal-Premier League.
L-EFL qalet ukoll li l-plejers ma jistgħux jilagħbu mal-klabb il-ġdid tagħhom sakemm jibda l-istaġun 2020/21, b’referenza għall-klabbs involuti fil-play-offs taċ-Championship. Sa issa għad m’hemmx data uffiċjali meta se jibda l-istaġun il-ġdid. Id-data tat-12 ta’ Settembru hi fost l-aktar popolari iżda d-data tkun immedjatament wara l-logħbiet tat-timijiet nazzjonali. L-FA Ingliża u l-EFL huma mħassba li t-tnaqqis fin-numru ta’ dati, se jkollhom impatt fuq it-tazzi domestiċi.
//= $special ?>