Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella lill-gvern biex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi jagħti iktar għodda lill-Kummissjoni Peranenti Kontra l-Korruzzjoni u biex beix jattwa l-Whistleblower Act.
Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li l-Kummissjoni bgħatet rapport lill-pulizija biex jibdew każ partiklari li ma kienx baqa’ jingħata importanza. Hu qal li l-Kummissjoni trid tkun imsaħħa u saħaq li fil-pajjiż hawn ħafna korruzzjoni li hi mwielda fis-settur privat li wara tmur fis-settur pubbliku.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem favur il-prosekutur speċjali li mingħajr ma jidħol fix-xogħol tal-pulizija jew tal-maġistrat jaħdem id f’id miegħu u jissorvelja dak li qed isir.
Il-Kummissjoni Kontra l-Koruzzjoni jeħtieġ ikollha iktar ħaddiema biex twettaq il-ħidma tagħha.
Hu semma’ l-Whistleblower Act u qal li dan hu mekkaniżmu tajjeb biex tkun attakkata l-korruzzjoni iżda l-gvern ma jikkunsidrahiex bħala għodda mill-aqwa kontra l-illegalità. Il-liġi kontra l-korruzzjoni għandha tkun imsaħħa billi tissaħħaħ il-Kummissjoni Kontra l-korruzzjoni u l-Whistleblower Act.
Hu sostna li l-Whistleblower għandu jingħata l-protezzjoni meħtieġa u kompla li gvern Nazzjonalista dejjem saħħaħ il-liġijiet kontra l-korruzzjoni biex il-legalità u l-kriminalità organizzata jkunu attakkati. Is-sens li l-gvern jiġġieled għas-ewwa hu nieqes, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>