Coronavirus Lokali Saħħa

L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 – il-każijiet attivi jinżlu għal 4

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienu reġistrati ebda każi ġodda ta’ Covid-19.

Wara li ghall-aħħar tliet ġimgħat kellna numri baxxi, din hi l-ewwel darba minn mindu feġġ il-Coronavirus f’pajjiżna fil-bidu ta’ Marzu li kellna sitt ijiem konsekuttivi mingħajr każi ġodda.

Fl-aħħar sigħat il-każijiet attivi niżlu għal 4, dan hekk kif fieqet persuna oħra minn dan il-virus.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tas-Saħħa ntqal li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa saru kważi elf swab test. In-numru ta’ każijiet li kellna minn Marzu s’issa huwa ta’ 674, filwaqt li dawk li rkupraw minn din l-imxija huwa ta’ 661.