Futbol Sport

L-IFAB se tħalli l-emenda fir-regola tas-sostituzzjonijiet għall-istaġun li ġej

(Ritratt: EPA)

Il-Bord Internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ħabbar li r-regola tal-ħames sostituzzjonijiet se tinżamm għall-istaġun li ġej. Iżda min jorganizza l-kompetizzjonijiet se jkun liberu li japplika din r-regola jew iħalli r-regola kif kienet qabel, jiġifieri bi tliet sostituzzjonijiet.

Din il-miżura għandha l-għan li tgħin biex aktar plejers jilagħbu jew ikunu jistgħu jistrieħu minħabba li l-pandemija tal-coronavirus ħarbtet il-kompetizzjonijiet madwar id-dinja, b’konsegwenza li biex jitlestew kellhom jintlagħbu diversi logħbiet fi ftit jiem.

Id-Diretturi tal-IFAB issa estendew din l-emenda fir-regoli tal-logħba biex ikopru l-kompetizzjonijiet tal-kampjonati li jispiċċaw sal-31 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla, kif ukoll il-kompetizzjonijiet internazzjonali skedati għal Lulju u Awwissu tal-istess sena.